Xogħol Personalizzat

Jekk trid li tagħti rigal speċjali u li żgur jibqa’ jiġi apprezzat, allura nissuġġerulek li tkellimna biex nagħtuk xi idejat.

Aħna ta’ Create Designs Malta, nagħmlu xogħol personalizzat fuq Kartolini, Cushions, Foam Boards kif ukoll Mugs.

Dan ix-xogħol jista’ jsir għal kull avveniment jew okkażjoni fosthom Birthdays, Magħmudijiet, Preċetti, Griżmi, Tiġijiet, Jum l-Omm, Jum il-Missier, San Valentino, u għal avvenimenti oħra li forsi jiġu f’moħħok, jew li tixtieq tiċċelebra, u, għal dawk il-persuni li probabbilment huma speċjali għalik. Ix-xogħol jista’ jsir kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż.