Terms And Conditions

Ħinijiet tat-tqassim tal-ordni

It-tqassim isir fi żmien ġimgħa minn meta tkun saret l-ordni. Tiġi nnotifikat permezz tat-telefown jew SMS, jew b’e-mail meta tkun ser issir il-konsenja.

Ġbir tal-ordni (Pickup)

Minħabba n-natura tal-prodotti tagħna, jekk jogħġbok ara li tiġbor l-ordni tiegħek fi żmien ħamest ijiem għax jista’ jagħti l-każ li dak li tkun ordnajt ma jibqax disponibbli.

Oġġetti difettużi

Jekk mat-tqassim tinnota li l-prodotti li tkun irċevejt ikollhom xi ħsara jew ikunu difettużi, jekk jogħġbok ara li tinfurmana fi żmien 3 ijiem minn meta tkun irċevejthom, biex tkun tista’ tibdilhom jew tingħata l-flus lura. Dan isir hekk kif nirċievu l-prodotti lura għandna.

Bdil ta’ oġġetti

Jekk trid iġġib lura l-oġġetti minħabba xi ħsarat li ġarrbu sakemm waslu għandek, jekk jogħġbok għarrafna immedjatament permezz ta’ e-mail lil: info@createdesignsmalta.com jew ċempel jew ibgħat SMS fuq 9983 0737

Servizz bil-Posta

Minħabba li s-servizz tal-posta jiġi offrut minn terzi persuni, Create Designs Malta ma tkunx responsabbli jekk il-posta tasal tard, ma tasalx,  jew inkella tasal b’xi ħsara. Is-servizz tal-posta jista’ jiġi offrut BISS fuq kartolini ta’ qies normali (12.75cm x 17.5cm magħluqa). Il-kartolini jiġu mibgħuta f’envelop standard. Kull kartolina tkun ippakkjata individwalment ġo borża tal-plastik b’envelop magħha biex tkun tista’ terġa’ tintbagħat.

Is-servizz postali qed jiġi offrut għal Malta u Għawdex biss. Jekk trid tibgħat kartolini barra minn Malta kellimna għal aktar tagħrif.

 

Ammont ta’ Kartolini Prezz tal-Posta
1 € 0.75
2 € 1.25
3 € 1.75
4 € 2.25
5 € 2.75
6 € 3.25
7 € 3.75
8+ Free Delivery