Privacy Policy

  1. Introduzzjoni

Create Designs Malta Ltd. tuża cookies fuq il-websajt tagħha. Meta tuża din il-websajt, inti qed taqbel mal-użu tagħhom. Jekk ma taċċettax jew ma taqbilx mal-prattiċi deskritti f’din il-polza, nitolbuk biex toħroġ minn dan is-sit immedjatament.
Il-Polza tal-Cookies tagħna tispjega x’inhuma l-cookies u kif jintużaw. Partijiet terzi li aħna nistgħu nissieħbu magħhom, ukoll ikollhom aċċess għall-cookies tal-għażla tiegħek u jkunu jistgħu jużawhom biex finalment jingħata servizz aħjar.

 

  1. L-IP Address

2.1 X’jiġri meta żżur is-Sit?

Kull darba li tikkonnettja mal-internet jew jekk dan ikun dejjem mixgħul, (tuża konnessjoni dejjem mixgħula, )bħal broadband jew ADSL u kemm-il darba tixgħel jew terġa’ tibda tuża l-kompjuter tiegħek, inti awtomatikament tiġi assenjat b’numru ta’ identifikazzjoni uniku magħruf bħala IP Address (Internet Protocol). Dan l-IP, ikun fih informazzjoni rigward il-post ta’ fejn ikun il-kompjuter tiegħek fuq l-internet (il-pajjiż tal-oriġini tiegħek) kif ukoll l-isem tal-fornitur tas-servizz tal-internet tiegħek (ISP), li huwa awtomatikament illoggjat mis-Sit.

 

2.2 X’inhu l-IP Address?

L-IP Address huwa numru ta’ identifikazzjoni għal biċċa hardware tan-network. L-IP Address jippermettilek li apparat jikkomunika ma’ apparat ieħor fuq network ibbażat fuq l-IP bħall-internet. L-IP Address jipprovdi identità lill-apparat f’network. Simili għall-indirizz tad-dar jew tan-negozju li jforni dak il-post fiżiku u speċifiku b’indirizz identifikabbli, l-apparati fuq network jingħarfu minn xulxin permezz tal-IP Address.

 

2.3 Kif niġbru l-IP Address tiegħek?

Kull darba li żżur paġna fuq is-Sit, il-kompjuter tiegħek jibgħat messaġġ lis-Sit minn fejn ikun qed jintalab il-kontenut li jitwassal. Il-messaġġ mibgħut mill-kompjuter tiegħek jehmeż ukoll l-IP Address tiegħek bħala forma ta’ ‘indirizz tar-ritorn’, sabiex għal drabi oħra, is-Sit ikun jista’ jsib il-kompjuter tiegħek malajr u b’hekk ikun jista’ jibgħatlu l-kontenut li jintalab. Il-web-server tagħna awtomatikament jirreġistra dawn il-messaġġi kollha.

 

2.4 X’nagħmlu bl-IP Address tiegħek?

Meta nilloggjaw l-IP Address tiegħek, l-informazzjoni miġbura tiżdied ma’ dik li tinġabar minn IP Addresses oħrajn li jkunu lloggjati magħna. B’dan il-mod ikollna tagħrif dwar il-lok ġeografiku tal-viżitaturi tas-Sit, ta’ kemm idumu fuq is-Sit u min huma dawk li l-aktar jiffrekwentaw il-paġni tagħna kif ukoll għal xi raġunijiet statistiċi oħra.

Aħna niġbru l-IP Address tiegħek awtomatikament u naħżnuh fil-log files tagħna. F’dawn il-files tinħażen ukoll informazzjoni relatata mat-tip tal-browser tiegħek, l-ISP, is-sistema operattiva, it-timbru tad-data /ħin, id-data clickstream u l-files li jidhru fuq is-Sit. Il-ġbir ta’ din it-tip ta’ informazzjoni jippermettilna niġġeneraw informazzjoni miġbura (aggregate) għall-iskopijiet tas-Sit, inkluż f’termini ta’ tendenzi ġenerali tal-klijenta (utent) u attivitajiet online (bħan-numru ta’ viżitaturi speċifiċi, paġni b’aċċess l-aktar spiss jew bit-termini ta’ tfittxija mdaħħla). Barra minn hekk, tippermettilna wkoll li namministraw is-Sit tagħna aħjar għax b’hekk inkunu nistgħu nagħmlu dijanjosi ta’ kwalunkwe problemi relatati ma’ server potenzjali, nanalizzaw ix-xejriet u l-istatistiċi tal-viżitaturi, biex finalment inkunu kapaċi nipprovdulek servizz aħjar fuq l-internet.
l-IP Addresses ma jiġux maħżuna għal żmien twil u għal ebda raġunijiet oħra ħlief għal dawk imsemmija hawn fuq.

 

  1. Cookies

3.1 X’inhuma l-Cookies?

Il-cookies huma biċċiet żgħar ta’ test mibgħut mill-web browser tiegħek minn fuq il-websajt li żżur. File tal-cookies huwa maħżun fil-web browser tiegħek u dan jippermetti lis-Servizz jew lil partijet terzi  li jirrikonoxxuk u b’hekk ikunu jistgħu jagħmlu ż-żjara tiegħek li jmiss aktar faċli b’servizz aħjar u utli għalik.
Il-cookies jistgħu jkunu cookies “persistenti” jew “sessjonali”. Cookies persistenti jibqgħu fuq il-kompjuter personali jew fl-apparat mobbli tiegħek meta tmur offline, waqt li cookies tas-sessjoni jitħassru hekk kif tagħlaq il-web browser tiegħek.

 

3.2 Kif nużaw il-cookies?

Meta tuża u taċċessa l-websajt, aħna nistgħu npoġġu numru ta’ files tal-cookies fil-web browser tiegħek.
Dawn il-cookies imbagħad jintużaw għall-iskopijiet li ġejjin:

  • Cookies meħtieġa. Dawn huma cookies li huma meħtieġa għat-tħaddim tas-Sit. Jiġifieri, bħala eżempju, jinkludu cookies li jippermettulek tidħol f’żoni siguri tas-Sit u tkun tista’ tagħmel użu mill-funzjonalità ta’ xiri (checkout) tiegħu.
     Cookies Analitiċi u ta’ Prestazzjoni. Aħna nużaw dawn il-cookies biex jgħinuna ntejbu s-servizzi tagħna. Pereżempju, nistgħu nużaw dawn il-cookies biex nitgħallmu aktar dwar liema karatteristiċi huma l-aktar popolari mal-klijenti (utenti) tagħna u liema jkunu dawk li forsi jkollhom bżonn xi titjib.
     Cookies tal-prestazzjoni. Aħna nużaw dawn il-cookies biex niġbru informazzjoni dwar kif issir midħla aktar (tinterattiva ruħhek) mas-servizzi tagħna u hekk tgħinna ntejbuhom. Pereżempju, nistgħu nużaw dawn il-cookies biex niddeterminaw jekk tkunx dħalt f’(għamilt interazzjoni ma’) paġni oħrajn.
     Cookies immirati. Dawn il-cookies jirreġistraw iż-żjara tiegħek fis-Sit, il-paġni li tkun żort u l-links li segwejt. Aħna nużaw din l-informazzjoni biex nagħmlu s-Sit u r-reklamar muri fuqha aktar relevanti għall-interessi tiegħek. Nistgħu wkoll naqsmu din l-informazzjoni ma’ partijiet terzi għall-istess skop.
     Cookies tas-sessjoni. Dawn il-cookies fihom informazzjoni maqluba f’code biex jippermettu lis-sistema tagħna tidentifikak b’mod uniku waqt li tkun illoggjat. Il-cookies tas-sessjoni jeżistu biss waqt sessjoni online. Jisparixxu mill-kompjuter tiegħek hekk kif tagħlaq is-softwer tal-browser tiegħek. Dawn jippermettulna nipproċessaw it-talbiet tiegħek u jgħinuna niżguraw li inti l-klijenta partikolari.